programm .pdf
File information
Original filename: programm.pdf
This PDF 1.6 document has been generated by Adobe InDesign CS5 (7.0) / Adobe PDF Library 9.9, and has been sent on pdf-archive.com on 28/01/2011 at 08:28, from IP address 213.165.x.x.
The current document download page has been viewed 1703 times.
File size: 1 MB (4 pages).
Privacy: public file
Share on social networks
Link to this file download page
Document preview
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl
li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili,
Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta
Programm tal-Festa fil-knisja
Is-Sibt, 22 ta’ Jannar:
Bidu tal-Programm tal-Festa
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu.
Il-Konċelebrazzjoni titmexxa mill-Arċipriet
Kan. Alfred Camilleri. Isir talb speċjali għas-
suċċess tal-Festa. Wara l-konċelebrazzjoni,
il-vara ta’ San Pawl tinħareġ min-niċċa tagħha
u titpoġġa fil-knisja għall-qima tagħna.
It-Tlieta, 25 ta’ Jannar:
FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu. Il-
priedka tal-okkażjoni se ssir minn Rev. Kan.
Carmelo Busuttil.
L-Erbgħa, 26 ta’ Jannar:
GRUPP KARIŻMATIKU ĦNIENA DIVINA
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa organizzata u animata mill-membri
tal-Grupp Kariżmatiku.
Il-Ħamis, 27 ta’ Jannar:
JUM L-EWKARISTIJA
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa. Iqaddes l-Arċipriet Kan. Alfred
Camilleri. Wara l-Evanġelju, il-Ministri
Straordinarji tat-Tqarbin iġeddu l-mandat
tagħhom.
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Jannar:
JUM IT-TFAL
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa li fiha jiġu mistiedna jattendu t-tfal
kollha tal-Parroċċa. Iqaddes P. Renald Loffreda
O. Carm. It-tfal jingħataw rigal wieħed u
jittellgħu ħafna rigali.
Is-Sibt, 29 ta’ Jannar:
JUM L-GĦAQDIET U L-OPERATURI PASTORALI
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa. Iqaddes P. Victor Paul Farrugia
O. Carm.
42
Il-Ħadd, 30 ta’ Jannar:
JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa organizzata u animata mill-membri
tal-Għaqda tal-Pawlini. Iqaddes Rev. P. Michael
Camilleri O.P.
It-Tnejn, 31 ta’ Jannar:
Jum il-Kelma t’Alla
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa li għaliha huma mistiedna b’mod
speċjali dawk li jaqraw il-Kelma t’Alla fil-
Quddies. Iqaddes P. Michael Bugeja, Delegat
tal-Arċisqof għal-Liturġija.
It-Tlieta, 1 ta’ Frar
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Patrijiet
Franġiskani. Imexxi l-Gwardjan P. Marcello
Ghirlando o.f.m.
L-Erbgħa, 2 ta’ Frar:
Festa tal-preżentazzjoni
ta’ Ġesù fit-tempju
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu. Imexxi
l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri.
Il-Ħamis, 3 ta’ Frar:
JUM IL-FAMILJA NISRANIJA
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni
Familja. Mistiedna b’mod speċjali il-
koppji miżżewġa kollha. Wara l-omelija
jsir it-tiġdid tas-Sagrament taż-Żwieġ. Iqaddes
P. Martin Micallef o.f.m. Cap.
Il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-25
anniversarju ta’ saċerdozju ta’ P. Alfred Farrugia
MSSP. Isir diskors tal-okkażjoni.
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Is-Sibt, 5 ta’ Frar:
IS-SAċERDOZJU TA' SAN PAWL
U S-SAċERDOZJU NISRANI
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-
Arċipriet fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Parrokat
tiegħu kemm fil-Parroċċa tal-Mellieħa, kif ukoll filParroċċa ta' San Pawl tal-Belt. Il-Komunità Parrokkjali
kollha hija mistiedna tingħaqad mal-Arċipriet għal din
l-okkażjoni sabiħa ta' Radd il-Ħajr. Jagħmel id-diskors talokkażjoni il-Kan. Kantur Ġwann Borg. Il-preżenza tagħna
f'din il-festa, turi l-apprezzament tagħna għal ħidma
sfieqa tiegħu magħna lkoll. Wara l-quddies dawk kollha
preżenti huma mistiedna għal bibita fid-Domus Pauli.
Għal din l-okkażjoni se jieħdu sehem żewġ korijiet. Il-kor
parrokkjali 'Saulus' kif ukoll il-kor 'Shalom' li kien twaqqaf
mill-Arċipriet stess 36 sena ilu meta kien a/Direttur talOratorju Marija Immakulata tal-Mosta.
Il-Ħadd, 6 ta’ Frar:
L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU
5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Franics Perici
Calascione.
5.30 p.m. Rużarju.
6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes il-Kan.
Kanċillier Ġwann Ciarlò. Wara l-Quddiesa,
l-ewwel priedka tat-Tridwu minn Rev.
Mons. Paul Vella. Innu, Antifona, u Barka
Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir
il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
It-Tnejn, 7 ta’ Frar:
IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU
5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Lawrence
Zammit.
5.30 p.m. Rużarju.
6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill-
Kan. Kantur Ġwann Borg. Wara l-Quddiesa,
it-tieni priedka tat-Tridwu minn Rev.
Mons. Paul Vella. Innu, Antifona, u Barka
Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir
il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż.
It-Tlieta, 8 ta’ Frar:
IT-TIELET JUM U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU
5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Penitenzier
Vincent Borg.
5.30 p.m. Rużarju.
6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill-
Kan. Arċipriet Alfred Camilleri. Wara
l-Quddiesa, it-tielet priedka tat-Tridwu
minn Rev. Mons. Paul Vella. Innu,
Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka
sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad-
Driegħ Mirakoluż.
L-Erbgħa, 9 ta’ Frar:
LEJLIET IL-FESTA
10.00 a.m. Quddiesa għall-morda u għall-anzjani li
fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma
tal-morda. Iqaddes il-Kan. Penitenzier Vincent
Borg.
5.15 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons.
Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Għasar
Solenni bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra.
7.15 p.m. Quddiesa kantata ta’ lejliet il-Festa. Iqaddes
Rev. Mons. Anton Gouder, Pro-Vigarju.
Il-Ħamis, 10 ta’ Frar:
JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
7.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali l-kappillani,
is-Superjuri, u r-Retturi tal-Knejjes tal-Belt
Valletta. Imexxi l-konċelebrazzjoni Patri Pawl
Gatt, il-Provinċjal tal-Ordni Dumnikan.
8.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali jkunu
rappreżentanza mill-Kapitli tal-Kottonera u
saċerdoti oħra. Imexxi l-konċelebrazzjoni Rev.
Mons. Lawrence Mifsud.
9.00 a.m. Jasal l-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof
ta’ Malta.
9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons.
Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Wara
l-Evanġelju jinseġ il-paneġierku, l-E.T. Mons.
Ġorg Frendo O.P., S.Th., J.C.D., Isqof Awżiljarju
ta’ Tirana-Durres, Isqof Titulari ta' Butrinti,
Albanija.
11.45 a.m. Quddiesa letta. Iqaddes Rev. P. Robert Farrugia
O. Carm.
3.45 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi. Iqaddes Rev.
P. Peter Serracino Inglott.
5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u
r-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż ta’ San Pawl.
Imexxi l-Purċissjoni l-Kan. Kanċillier Ġwann
Ciarlò.
7.00 p.m. Fi Pjazza San Ġwann, l-Arċipriet Kan. Alfred
Camilleri jmexxi l-Istqarrija tal-Fidi.
9.30 p.m. Dħul tal-Purċissjoni, Innu, Antifona, u Barka
Sagramentali.
NOTA
F’każ ta’ maltemp u l-purċissjoni ma toħroġx filġurnata tal-10 ta’ Frar, il-programm ta’ filgħaxija
jitmexxa għas-Sibt, 12 ta’ Frar 2011.
4.30 p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Kan.
Lawrence Zammit.
5.30 p.m. Purċissjoni.
Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali
‘Saulus’ taħt id-direzzjoni tas-Sur Albert Scicluna. Fil-Ħruġ
tal-vara min-niċċa u mill-ewwel jum tat-Tridwu ’l quddiem,
il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr.
Joseph Gatt Ph.D.
43
Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011
Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl
li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili,
Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta
Programm tal-Festa Esterna
Is-Sibt, 22 ta’ Jannar
ĦRUĠ TAL-ISTATWA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA
6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu
b’talb speċjali għas-suċċess tal-Festa. Ma’
tmiem il-Quddiesa tiġi esegwita l-Antifona
‘Sancte Paule’ ta’ Mro Paolo Nani. L-Għaqda
tal-Pawlini tiftaħ l-impenji tagħha tal-festa
billi tipparteċipa bis-sħiħ għal din l-okkażjoni.
Wara l-konċelebrazzjoni solenni jsir il-Ħruġ
tal-Istatwa ta’ San Pawl min-niċċa fejn jiġu
esegwiti Innijiet Pawlini. Tingħad il-kurunella
lil San Pawl. L-orkestra fil-knisja tkun taħt id-
direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D.,
Wara din iċ-ċelebrazzjoni, attività organizzata
mill-Għaqda tal-Pawlini - Kummissjoni Nar
fid-Domus Pauli.
Is-Sibt, 29 ta’ Jannar
ATTIVITÀ SOĊJALI B’RIŻQ IL-FESTA
8.00 p.m. Dinner Dance tal-Festa.
Il-Ħadd, 30 ta’ Jannar
JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI
5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali.
6.00 p.m. Quddiesa animata u organizzata mill-membri
tal-Għaqda tal-Pawlini fil-Knisja Kolleġġjata ta’
San Pawl Nawfragu. Iqaddes Rev. P. Michael
Camilleri O.P.
8.30 p.m. Riċeviment tal-Festa għall-membri attivi fid-
Domus Pauli. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa
Żgħażagħ’ tippreżenta l-Premju San Pawl għas-
sena 2010-11.
Il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar
ATTIVITÀ FIL-KAŻIN TAS-SOC. ‘LA VALETTE’
7.30 p.m. Kunċert Ġenerali ta’ marċi brijużi għall-
partitarji fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.
46
Il-Sibt, 5 ta’ Frar
25 ANNIVERSARJU
tal-Parrokat tal-ARċipriet
6.00 p.m. Quddiesa. Il-Membri tal-Għaqda tal-Pawlini
huma mistiedna għal din iċ-ċelebrazzjoni
ewkaristika.
Il-Ħadd, 6 ta’ Frar
L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU
8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti mill-Kumitat tas-
Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.
It-Tnejn, 7 ta’ Frar
IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU
8.30 p.m. L-Għaqda tal-Pawlini torganizza festival ta’
mużika allegra fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La
Valette’ bis-sezzjoni tal-Brass Band taħt id-
direzzjoni tas-Surmast-Direttur Mro. Dominic
Darmanin A. (Mus.) L.C.M., F.L.C.M.
It-Tlieta, 8 ta’ Frar
IT-TIELET U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU
7.00 p.m. Manifestazzjoni bl-Istatwa ta’ San Pawl
fil-Konverżjoni bis-sehem tal-Għaqda Mużikali
Beland – Żejtun A.D. 1861 u l-Banda
tal-Madonna tal-Karmnu - Balluta. L-Għaqda
tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tieħu sehem attiv
fl-organizzazzjoni ta’ dan il-marċ brijuż.
Il-marċ jibda minn Triq San Pawl, Triq San
Ġwann, Triq Sant Ursola, Triq l-Arċisqof, Triq
San Pawl, Triq San Duminku, Triq Sant Ursola,
Triq San Nikola, Triq il-Mediterran, Triq San
Kristofru, Triq Sant Ursola, Triq l-Arċisqof,
Triq San Pawl, Triq Santa Luċija, Triq ir-
Repubblika sa Pjazza l-Assedju l-Kbir fejn
l-istatwa ta’ San Pawl tittella’ fuq pedestal
f ’atmosfera festiva.
L-Erbgħa, 9 ta’ Frar
LEJLIET IL-FESTA
5.30 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija minn Mons.
Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta.
Jinħaraq salut u nar tal-ajru minn Misraħ
Kastilja.
7.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’
tesegwixxi marċ tradizzjonali u popolari minn
Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq il-
Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San
Kristofru, u Triq il-Mediterran.
SPETTAKLU TA’ LOGĦOB TAN-NAR TAL-ART U
TAL-AJRU
L-Għaqda tal-Pawlini ‘Kummissjoni Nar’ tippreżenta
spettaklu ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir. In-nar
tal-art ġie manifatturat mill-Kamra tan-nar 12th May ta’
Ħaż-Żebbuġ.
Il-Ħamis, 10 ta’ Frar
JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL
8.00 a.m. Salut.
9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija minn Mons.
Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta.
11.45 a.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm
tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting
Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa
tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala l-Patrun
tal-Gżejjer Maltin.
12.00 p.m. Wara l-Quddiesa Pontifikali, l-E.T. President
ta’ Malta Dr. George Abela u s-Sinjura
Tiegħu, u dinjitarji oħra distinti jkunu
mistiedna għal riċeviment fid-Domus Pauli.
12.45 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-
Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. Jibda minn Triq
San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq ir-Repubblika,
Misraħ San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq
Melita, Triq San Pawl u jintemm ħdejn il-
knisja.
05.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara devota ta’ San
Pawl u r-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż ta’
San Pawl.
Salut u kaxxa nfernali.
Il-Banda tal-Konti Ruġġieru tar-Rabat tilqa’ l-vara ta’
San Pawl ħierġa mill-Knisja bl-Innu lil San Pawl ta’ Mro.
Cardenio Botti. Tkompli b’marċ minn Triq l-Arċisqof,
Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Qadim, Triq ir-
Repubblika fejn il-Banda ssellem lill-Istatwa ta’ San Pawl
fi Pjazza l-Assedju l-Kbir. Il-Banda Konti Ruġġieru ssegwi
l-purċissjoni għal Pjazza San Ġwann fejn wara l-Istqarrija
tal-Fidi jiġi esegwit Innu lil San Pawl ‘Mis-Sema l-Ġmiel li
Jsebbaħ’ ta’ Mro. Giuseppe Micallef.
6.00 p.m.
Il-Banda tas-Soc. Fil. Nicolò Isoaurd talMosta tesegwixxi marċ minn Triq ir-
Repubblika, Pjazza San Ġwann fejn hemm
tassisti għall-Istqarrija tal-Fidi quddiem
poplu numeruż. Il-Banda Nicolò Isouard
tkompli b’marċ u tesegwixxi Innijiet Pawlini
sad-dħul tal-vara fil-knisja.
09.30 p.m. Dħul tal-vara, ħruq ta’ kaxxa nfernali u
għeluq tal-festa.
NOTA
F’każ ta’ maltemp fil-ġurnata tal-festa u l-purċissjoni
ma toħroġx fil-Jum tal-10 ta’ Frar, il-programm ta’
filgħaxija jiġi pospost għas-Sibt 12 ta’ Frar.
Il-programm tal-festa jsir kif ġej:
4.30 p.m. Quddiesa kantata mmexxija minn Rev. Kan.
Lawrence Zammit.
5.30 p.m. Purċissjoni.
Fil-ġurnata tal-10 ta’ Frar 2011 se terġa’ ssir il-badge day li kienet ġiet ri-introdotta fis-Sena Pawlina tal-2009
biex din it-tradizzjoni żżomm postha fil-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.
www.sanpawlmalta.com
47




Link to this page
Permanent link
Use the permanent link to the download page to share your document on Facebook, Twitter, LinkedIn, or directly with a contact by e-Mail, Messenger, Whatsapp, Line..
Short link
Use the short link to share your document on Twitter or by text message (SMS)
HTML Code
Copy the following HTML code to share your document on a Website or Blog