Mahfra for granted (PDF)




File information


Author: MSTOO1

This PDF 1.5 document has been generated by Acrobat PDFMaker 11 for Word / Adobe PDF Library 11.0, and has been sent on pdf-archive.com on 14/08/2015 at 02:50, from IP address 92.251.x.x. The current document download page has been viewed 459 times.
File size: 60.17 KB (1 page).
Privacy: public file




Document preview - Mahfra for granted.pdf - Page 1/1





File preview


MAĦFRA for granted
Riflessjoni minn Fr Luke Cutajar
“Mhux ovvja! L-aqwa li tgħid sorry.” Minjaf kemm
irraġunajna hekk meta konna tfal biex neħilsu millkonsegwenzi ta’ xi ħaġa ħażina li nkunu nqbadna
nagħmlu. Donnu bil-kelma sorry nimmaġinaw li jsiru
l-magics u nsolvu kollox.
Fil-qrar immorru ngħidu sorry u nammettu ddgħufijiet tagħna. Inkunu nixtiequ li mil-lum ‘il
quddiem, bil-għajnuna mqaddsa tal-Mulej, ma
nidinbu qatt u qatt iżjed. Pero’ qisu ma jiġri xejn
speċjali għaliex nagħmlu d-dnubiet konna u
nagħmlu d-dnubiet bqajna. Fejn hu l-magic li tant
emminna li jseħħ bil-kelma ‘sorry’? Nistqarr li għal
ħafna żmien, anke bħala qassis, b’xi mod kont
għadni nemmen hekk... uwija l-Mulej jaħfirlek.
Il-Papa Franġisku mhux l-ewwel darba li tkellem fuq
il-maħfra ta’ Alla. “Il-Mulej ma jgħejja qatt li jaħfer!
Huwa aħna li ngħejjew, li nitolbu maħfra.”
Ngħiduha kif inhi, mhix faċli titlob maħfra. Meta
tasal f’punt li tinżel għarkubbtejk quddiem sieħbek
li inti nqast gravament u bid-dmugħ f’għajnejk
titolbu jaħfirlek, hemmhekk tinduna kemm nieħdu lmaħfra t’Alla for granted. Kif nista nippretendi li xi
ħadd jaħfirli wara li nkun weġġajtu? Ma jistħoqqlix.
Imma hija l-imħabba biss twassal lill-persuna jagħti
r-rigal tal-maħfra.

Meta niftakar fil-mod kif nersaq lejn il-qrar jaqbadni
l-bard. Il-Mulej jixtieq jaħfirli dejjem u jgħannaqni
miegħu mill-ġdid għaliex l-imħabba tiegħu hija
ikbar minn kull nuqqas tiegħi. Imma mhux li
nihodha for granted, daqs li kieku bi dritt! Niftakar
meta Pietru saqsa lil-Ġesu’, “Mulej, xi kemm-il
darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba'
darbiet?” U Ġesu’ jirrakkonta kif wieħed sid ħafer
dejn kbir lil wieħed qaddej li talbu bil-ħniena.
Minkejja ġest ġeneruż bħal dan, il-qaddej xejn
m’apprezza dik il-maħfra kbira li rċieva, u malli
ltaqa ma wieħed minn sħabu li kellu dejn vera
ċkejken miegħu “qabdu minn għonqu u beda
jagħfsu. 'Ħallas dejnek,' qallu.” [Mt:18:29]
Iebsa u umiljanti ħafna li titlob maħfra lill-bnedmin li
jidinbu bħalek. Allura kif immur b’daqshekk
kunfidenza quddiem Alla li ma jidneb qatt? Forsi
għax drajt li Alla jaħfirli dejjem? Ma jkun qatt!
Għaliex jekk nidra nieħu l-maħfra t’Alla for granted
allura nibda nippretendi li l-bnedmin faċli jaħfruli
daqs tazza ilma. Hemm il-weġgħa li trid tfiq, hemm ilħsara li trid tissewwa, hemm l-imħabba li trid tirbaħ.
Il-maħfra hija ħaġa ta’ Alla u aħna naħfru għaliex lewwel ħafrilna Alla. Aħna nħobbu għaliex l-ewwel
irċevejna mill-abbundanza tal-imħabba ta’ Alla.
“Għeżież, jekk Alla ħabbna daqshekk, aħna wkoll
għandna nħobbu lil xulxin.” [1Ġw:4:11]






Download Mahfra for granted



Mahfra for granted.pdf (PDF, 60.17 KB)


Download PDF







Share this file on social networks



     





Link to this page



Permanent link

Use the permanent link to the download page to share your document on Facebook, Twitter, LinkedIn, or directly with a contact by e-Mail, Messenger, Whatsapp, Line..




Short link

Use the short link to share your document on Twitter or by text message (SMS)




HTML Code

Copy the following HTML code to share your document on a Website or Blog




QR Code to this page


QR Code link to PDF file Mahfra for granted.pdf






This file has been shared publicly by a user of PDF Archive.
Document ID: 0000295365.
Report illicit content