Frar2014 (PDF)




File information


Author: Guido

This PDF 1.5 document has been generated by Microsoft® Publisher 2010, and has been sent on pdf-archive.com on 03/02/2014 at 12:23, from IP address 92.251.x.x. The current document download page has been viewed 843 times.
File size: 395.7 KB (2 pages).
Privacy: public file










File preview


Sfidi ta’ Żminijietna fit-Talb
Frar 2014

Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:

Biex il-Knisja u s-soċjetà jirrispettaw l-għerf u l-esperjenza tal-anzjani.

Ninġabar:
Insib post għall-kwiet u nagħżel pożizzjoni komda. Nikkonċentra fuq in-nifs… inħoss il-pulmun
jimtela bl-arja u mbagħad jitbattal ftit ftit. Nagħraf il-preżenza tal-Mulej f’dan il-ħin u nitolbu biex
ikun il-qofol ta’ dawn il-mumenti.
Fatt ċkejken:
Minkejja l-età ta’ 91 sena, Ċikku kien għadu jqatta’ ġranet sħaħ fl-għalqa. Minkejja li kien indipendenti f’kollox, bintu Agnes kienet iġġagħlu jħossu qisu tifel ta’ għaxar snin. Ma kienet tafdah
f’xejn … la biex isajjar, la biex jaħsel ħwejġu, la biex imur sal-bank. Kienet tgħid li moħħu m’għadux
li kien għax xjaħ. Ta’ spiss kien jipprova jagħmel xi ħaġa minn wara daharha, iżda dlonk kienet tinduna bil-pjan.
Stephen, bin Agnes, kien l-għaxqa ta’ Ċikku. Kienu jqattgħu ħafna ħin
flimkien, bin-nannu jirrakkonta u jfiehem is-sengħa tar-raba’ lil
neputih. Darba minnhom, Ċikku xtaq jurih oġġett li ħadd ma kien jaf
bih. Hekk kif daħlu fil-kamra tas-sodda, in-nannu mar dritt għal fuq issenduq u xħin fetħu, ħareġ pitazz antik.
Stephen għelbitu l-kurżità u ħatafhulu minn idejh. Mal-ewwel titwila seta’ jinduna li kien fih ħafna
riċetti… U malajr skopra li l-moħħ warajhom kien nannuh! Ċikku kien kok prim, li f’żgħożitu kien
isajjar għal sinjur Spanjol u li waqt l-istess żmien kien tgħallem l-Ispanjol. Kelma ġġib lil oħra u
Stephen skopra wkoll li n-nannu kien ukoll investa xi flus, u daqt kien se jeħodhom lura flimkien
mal-interessi li nġabru.

Malli Stephen tarraf dan kollu lil ommu, ma riditx temmen. Marret għand missierha u għajtet
tnejn miegħu għax qatt ma qalilha xejn. Missierha, kalm bħal dejjem, qallha: “Pruvajt nurik kemm
naf insajjar imma inti bżajt li ninħaraq. Xtaqt neħodkom sa Spanja u nara fejn investejt flusi, imma għidtli li żmieni għadda biex insiefer. Pruvajt nurik li moħħi għadu tajjeb u kapaċi nfendi għal
rasi imma inti m’emmintnix.”

Naħseb ftit:
Taf b’xi anzjan/a li għaddej/ja minn sitwazzjoni simili bħal Ċikku?
Int kif tħares lejn l-anzjani, speċjalment il-familjari tiegħek?
Kif tista’ turi aktar rispett lill-anzjani fil-familja tiegħek?

Nitlob:
Mulej Ġesù, nitolbuk biex nagħrfu aktar x’teżor sabiħ għandna fl-anzjani. Dawwalna b’ideat ta’
kif nistgħu nuruhom aktar rispett u nħeġġuhom ikomplu jikbru fl-għerf u l-esperjenza.

Talba oħra spontanja jew fi grupp.

Kliem ta’ dawl:
L-età ma tikbirx waħedha. Magħha jikbru wkoll l-għerf tal-ħajja u l-esperjenza.

X’nista’ nagħmel:
Agħżel lil xi ħadd anzjan li għallmek xi ħaġa siewja f’ħajtek. Agħmel kartolina ta’ ringrazzjament u
għatihielu.

Qatta’ ftit ħin ma’ xi ħadd anzjan, forsi anke toħorġu xi mkien għal xi passiġġata.






Download Frar2014



Frar2014.pdf (PDF, 395.7 KB)


Download PDF







Share this file on social networks



     





Link to this page



Permanent link

Use the permanent link to the download page to share your document on Facebook, Twitter, LinkedIn, or directly with a contact by e-Mail, Messenger, Whatsapp, Line..




Short link

Use the short link to share your document on Twitter or by text message (SMS)




HTML Code

Copy the following HTML code to share your document on a Website or Blog




QR Code to this page


QR Code link to PDF file Frar2014.pdf






This file has been shared publicly by a user of PDF Archive.
Document ID: 0000145053.
Report illicit content