PDF ArchiveHistorical archive . public document

programm

programm.pdf

PDF 1.6 4 pages 1.08 MB Filed 28/01/2011
Download this PDF
programm.pdf
Web reader . 4 pages
Page 2 of 4, programm
2 / 4

File preview

Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta Programm tal-Festa fil-knisja Is-Sibt, 22 ta’ Jannar: Bidu tal-Programm tal-Festa 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu. Il-Konċelebrazzjoni titmexxa mill-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. Isir talb speċjali għas- suċċess tal-Festa. Wara l-konċelebrazzjoni, il-vara ta’ San Pawl tinħareġ min-niċċa tagħha u titpoġġa fil-knisja għall-qima tagħna. It-Tlieta, 25 ta’ Jannar: FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu. Il- priedka tal-okkażjoni se ssir minn Rev. Kan. Carmelo Busuttil. L-Erbgħa, 26 ta’ Jannar: GRUPP KARIŻMATIKU ĦNIENA DIVINA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata u animata mill-membri tal-Grupp Kariżmatiku. Il-Ħamis, 27 ta’ Jannar: JUM L-EWKARISTIJA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa. Iqaddes l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. Wara l-Evanġelju, il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iġeddu l-mandat tagħhom. Il-Ġimgħa, 28 ta’ Jannar: JUM IT-TFAL 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa li fiha jiġu mistiedna jattendu t-tfal kollha tal-Parroċċa. Iqaddes P. Renald Loffreda O. Carm. It-tfal jingħataw rigal wieħed u jittellgħu ħafna rigali. Is-Sibt, 29 ta’ Jannar: JUM L-GĦAQDIET U L-OPERATURI PASTORALI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa. Iqaddes P. Victor Paul Farrugia O. Carm. 42 Il-Ħadd, 30 ta’ Jannar: JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata u animata mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini. Iqaddes Rev. P. Michael Camilleri O.P. It-Tnejn, 31 ta’ Jannar: Jum il-Kelma t’Alla 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali dawk li jaqraw il-Kelma t’Alla fil- Quddies. Iqaddes P. Michael Bugeja, Delegat tal-Arċisqof għal-Liturġija. It-Tlieta, 1 ta’ Frar 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Patrijiet Franġiskani. Imexxi l-Gwardjan P. Marcello Ghirlando o.f.m. L-Erbgħa, 2 ta’ Frar: Festa tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu. Imexxi l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. Il-Ħamis, 3 ta’ Frar: JUM IL-FAMILJA NISRANIJA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja. Mistiedna b’mod speċjali il- koppji miżżewġa kollha. Wara l-omelija jsir it-tiġdid tas-Sagrament taż-Żwieġ. Iqaddes P. Martin Micallef o.f.m. Cap. Il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-25 anniversarju ta’ saċerdozju ta’ P. Alfred Farrugia MSSP. Isir diskors tal-okkażjoni. Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 Is-Sibt, 5 ta’ Frar: IS-SAċERDOZJU TA' SAN PAWL U S-SAċERDOZJU NISRANI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata mmexxija mill- Arċipriet fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Parrokat tiegħu kemm fil-Parroċċa tal-Mellieħa, kif ukoll filParroċċa ta' San Pawl tal-Belt. Il-Komunità Parrokkjali kollha hija mistiedna tingħaqad mal-Arċipriet għal din l-okkażjoni sabiħa ta' Radd il-Ħajr. Jagħmel id-diskors talokkażjoni il-Kan. Kantur Ġwann Borg. Il-preżenza tagħna f'din il-festa, turi l-apprezzament tagħna għal ħidma sfieqa tiegħu magħna lkoll. Wara l-quddies dawk kollha preżenti huma mistiedna għal bibita fid-Domus Pauli. Għal din l-okkażjoni se jieħdu sehem żewġ korijiet. Il-kor parrokkjali 'Saulus' kif ukoll il-kor 'Shalom' li kien twaqqaf mill-Arċipriet stess 36 sena ilu meta kien a/Direttur talOratorju Marija Immakulata tal-Mosta. Il-Ħadd, 6 ta’ Frar: L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Franics Perici Calascione. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Kanċillier Ġwann Ciarlò. Wara l-Quddiesa, l-ewwel priedka tat-Tridwu minn Rev. Mons. Paul Vella. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. It-Tnejn, 7 ta’ Frar: IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill- Kan. Kantur Ġwann Borg. Wara l-Quddiesa, it-tieni priedka tat-Tridwu minn Rev. Mons. Paul Vella. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. It-Tlieta, 8 ta’ Frar: IT-TIELET JUM U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Penitenzier Vincent Borg. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill- Kan. Arċipriet Alfred Camilleri. Wara l-Quddiesa, it-tielet priedka tat-Tridwu minn Rev. Mons. Paul Vella. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad- Driegħ Mirakoluż. L-Erbgħa, 9 ta’ Frar: LEJLIET IL-FESTA 10.00 a.m. Quddiesa għall-morda u għall-anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda. Iqaddes il-Kan. Penitenzier Vincent Borg. 5.15 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Għasar Solenni bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra. 7.15 p.m. Quddiesa kantata ta’ lejliet il-Festa. Iqaddes Rev. Mons. Anton Gouder, Pro-Vigarju. Il-Ħamis, 10 ta’ Frar: JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL 7.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali l-kappillani, is-Superjuri, u r-Retturi tal-Knejjes tal-Belt Valletta. Imexxi l-konċelebrazzjoni Patri Pawl Gatt, il-Provinċjal tal-Ordni Dumnikan. 8.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali jkunu rappreżentanza mill-Kapitli tal-Kottonera u saċerdoti oħra. Imexxi l-konċelebrazzjoni Rev. Mons. Lawrence Mifsud. 9.00 a.m. Jasal l-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Wara l-Evanġelju jinseġ il-paneġierku, l-E.T. Mons. Ġorg Frendo O.P., S.Th., J.C.D., Isqof Awżiljarju ta’ Tirana-Durres, Isqof Titulari ta' Butrinti, Albanija. 11.45 a.m. Quddiesa letta. Iqaddes Rev. P. Robert Farrugia O. Carm. 3.45 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi. Iqaddes Rev. P. Peter Serracino Inglott. 5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż ta’ San Pawl. Imexxi l-Purċissjoni l-Kan. Kanċillier Ġwann Ciarlò. 7.00 p.m. Fi Pjazza San Ġwann, l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri jmexxi l-Istqarrija tal-Fidi. 9.30 p.m. Dħul tal-Purċissjoni, Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. NOTA F’każ ta’ maltemp u l-purċissjoni ma toħroġx filġurnata tal-10 ta’ Frar, il-programm ta’ filgħaxija jitmexxa għas-Sibt, 12 ta’ Frar 2011. 4.30 p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Purċissjoni. Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Saulus’ taħt id-direzzjoni tas-Sur Albert Scicluna. Fil-Ħruġ tal-vara min-niċċa u mill-ewwel jum tat-Tridwu ’l quddiem, il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D. 43 Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2011 Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta Programm tal-Festa Esterna Is-Sibt, 22 ta’ Jannar ĦRUĠ TAL-ISTATWA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu b’talb speċjali għas-suċċess tal-Festa. Ma’ tmiem il-Quddiesa tiġi esegwita l-Antifona ‘Sancte Paule’ ta’ Mro Paolo Nani. L-Għaqda tal-Pawlini tiftaħ l-impenji tagħha tal-festa billi tipparteċipa bis-sħiħ għal din l-okkażjoni. Wara l-konċelebrazzjoni solenni jsir il-Ħruġ tal-Istatwa ta’ San Pawl min-niċċa fejn jiġu esegwiti Innijiet Pawlini. Tingħad il-kurunella lil San Pawl. L-orkestra fil-knisja tkun taħt id- direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D., Wara din iċ-ċelebrazzjoni, attività organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini - Kummissjoni Nar fid-Domus Pauli. Is-Sibt, 29 ta’ Jannar ATTIVITÀ SOĊJALI B’RIŻQ IL-FESTA 8.00 p.m. Dinner Dance tal-Festa. Il-Ħadd, 30 ta’ Jannar JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa animata u organizzata mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu. Iqaddes Rev. P. Michael Camilleri O.P. 8.30 p.m. Riċeviment tal-Festa għall-membri attivi fid- Domus Pauli. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tippreżenta l-Premju San Pawl għas- sena 2010-11. Il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar ATTIVITÀ FIL-KAŻIN TAS-SOC. ‘LA VALETTE’ 7.30 p.m. Kunċert Ġenerali ta’ marċi brijużi għall- partitarji fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. 46 Il-Sibt, 5 ta’ Frar 25 ANNIVERSARJU tal-Parrokat tal-ARċipriet 6.00 p.m. Quddiesa. Il-Membri tal-Għaqda tal-Pawlini huma mistiedna għal din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika. Il-Ħadd, 6 ta’ Frar L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU 8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti mill-Kumitat tas- Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. It-Tnejn, 7 ta’ Frar IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU 8.30 p.m. L-Għaqda tal-Pawlini torganizza festival ta’ mużika allegra fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ bis-sezzjoni tal-Brass Band taħt id- direzzjoni tas-Surmast-Direttur Mro. Dominic Darmanin A. (Mus.) L.C.M., F.L.C.M. It-Tlieta, 8 ta’ Frar IT-TIELET U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU 7.00 p.m. Manifestazzjoni bl-Istatwa ta’ San Pawl fil-Konverżjoni bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Beland – Żejtun A.D. 1861 u l-Banda tal-Madonna tal-Karmnu - Balluta. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tieħu sehem attiv fl-organizzazzjoni ta’ dan il-marċ brijuż. Il-marċ jibda minn Triq San Pawl, Triq San Ġwann, Triq Sant Ursola, Triq l-Arċisqof, Triq San Pawl, Triq San Duminku, Triq Sant Ursola, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran, Triq San Kristofru, Triq Sant Ursola, Triq l-Arċisqof, Triq San Pawl, Triq Santa Luċija, Triq ir- Repubblika sa Pjazza l-Assedju l-Kbir fejn l-istatwa ta’ San Pawl tittella’ fuq pedestal f ’atmosfera festiva. L-Erbgħa, 9 ta’ Frar LEJLIET IL-FESTA 5.30 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta. Jinħaraq salut u nar tal-ajru minn Misraħ Kastilja. 7.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ tesegwixxi marċ tradizzjonali u popolari minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq il- Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru, u Triq il-Mediterran. SPETTAKLU TA’ LOGĦOB TAN-NAR TAL-ART U TAL-AJRU L-Għaqda tal-Pawlini ‘Kummissjoni Nar’ tippreżenta spettaklu ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir. In-nar tal-art ġie manifatturat mill-Kamra tan-nar 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-Ħamis, 10 ta’ Frar JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL 8.00 a.m. Salut. 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija minn Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. 11.45 a.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala l-Patrun tal-Gżejjer Maltin. 12.00 p.m. Wara l-Quddiesa Pontifikali, l-E.T. President ta’ Malta Dr. George Abela u s-Sinjura Tiegħu, u dinjitarji oħra distinti jkunu mistiedna għal riċeviment fid-Domus Pauli. 12.45 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas- Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. Jibda minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq ir-Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl u jintemm ħdejn il- knisja. 05.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara devota ta’ San Pawl u r-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż ta’ San Pawl. Salut u kaxxa nfernali. Il-Banda tal-Konti Ruġġieru tar-Rabat tilqa’ l-vara ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja bl-Innu lil San Pawl ta’ Mro. Cardenio Botti. Tkompli b’marċ minn Triq l-Arċisqof, Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Qadim, Triq ir- Repubblika fejn il-Banda ssellem lill-Istatwa ta’ San Pawl fi Pjazza l-Assedju l-Kbir. Il-Banda Konti Ruġġieru ssegwi l-purċissjoni għal Pjazza San Ġwann fejn wara l-Istqarrija tal-Fidi jiġi esegwit Innu lil San Pawl ‘Mis-Sema l-Ġmiel li Jsebbaħ’ ta’ Mro. Giuseppe Micallef. 6.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Nicolò Isoaurd talMosta tesegwixxi marċ minn Triq ir- Repubblika, Pjazza San Ġwann fejn hemm tassisti għall-Istqarrija tal-Fidi quddiem poplu numeruż. Il-Banda Nicolò Isouard tkompli b’marċ u tesegwixxi Innijiet Pawlini sad-dħul tal-vara fil-knisja. 09.30 p.m. Dħul tal-vara, ħruq ta’ kaxxa nfernali u għeluq tal-festa. NOTA F’każ ta’ maltemp fil-ġurnata tal-festa u l-purċissjoni ma toħroġx fil-Jum tal-10 ta’ Frar, il-programm ta’ filgħaxija jiġi pospost għas-Sibt 12 ta’ Frar. Il-programm tal-festa jsir kif ġej: 4.30 p.m. Quddiesa kantata mmexxija minn Rev. Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Purċissjoni. Fil-ġurnata tal-10 ta’ Frar 2011 se terġa’ ssir il-badge day li kienet ġiet ri-introdotta fis-Sena Pawlina tal-2009 biex din it-tradizzjoni żżomm postha fil-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. www.sanpawlmalta.com 47

Download programm

programm.pdf . PDF . 1.08 MB . 4 pages

Download PDF

File information

File name
programm.pdf
Size
1.08 MB
Pages
4 pages
PDF version
1.6
Produced with
Adobe InDesign CS5 (7.0) / Adobe PDF Library 9.9
Filed on
28/01/2011
Page views
1 706
Document ID
programm
MD5
0ae482675039b8c8c6abcea62a38a5cf
SHA-512
29c36b138832475033e92f5a574f724c36bd7dc3cbe9c692113fdd985395dc3e4570e5bc18ab19df4d12874e1c005326b7bcac16a26c2503c555ab67f8ffc4e8

Share this document

This address never changes. It is the one to keep, to send, or to cite.

Shorter, for a text message or a post with a character limit.

To link to this document from a website or a blog.